Hemm sitt itfal f'dan ir-ritratt, tliet settijiet ta' aħwa. Kollha kienu nvoluti fix-xena tal-kant b'xi mod jew ieħor u hemm persuna komuni bejnhom kollha! Probabbli għadkom qed tħabblu raskom tipprovaw tiskopru min huma.

Biex ngħidu kollox, mhux faċli għax dan ir-ritratt imur lura ħafna u ħafna snin. Fir-ritratt insibu lil Olivia u Marvic Lewis, lil Fabrizio Faniello u lil Claudia Faniello u t-tfal tal-kantanta Phylisienne Brincat, Isadora u Engy Debono.

Ritratt: Facebook / Phylisienne Brincat

Dan ir-ritratt kienet xeħtitu Phylisienne Brincat madwar tliet snin ilu, fejn kitbet: "Ara x'sibt!!!!!! It-tfal tieghi Isadora u Engy Debono ma' ex studenti tieghi... illum kbar fix-xena mużikali! L-aħwa Olivia u Marvic Lewis flimkien mal-aħwa Claudia u Fabrizio Faniello! Dejjem flimkien! Jgħaddi iż-żmien..."

Jekk m'intomx ċerti min hu min eżatt, ħa nispjegalkom ftit. L-ewwel waħda fuq ix-xellug hi Isadora, ħdejha hemm Marvic Lewis, fin-nofs hemm Fabrizio Faniello li probabbli hu l-aktar wieħed faċli biex tindunaw min hu, taħtu b'ħalqha miftuħ insibu lil Claudia, ħdejn Fabrizio hemm Olivia Lewis u fuqha hemm Engy, it-tifel ta' Phylisienne.

Min qatt kellu jgħidilhom dak iż-żmien li tlieta minnhom għad jirrapreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest? Jgħaddi ż-żmien... u ma jistenna lil ħadd! Ċertament li uħud mill-akbar kantanti f'pajjiżna xi darba jew oħra kienu taħt id-direzzjoni ta' Phylisienne.

Facebook / Phyllisienne Brincat


Emil Calleja Bayliss