Tliet Maltin irrapreżentaw lil pajjiż ġewwa Star Voices l-Isvizzera. It-tliet Maltin li kienu qed jieħdu sehem f'sezzjonijiet differenti rnexxielhom jaslu sal-finali ta' dan il-konkors. Bradley DeBono u Alison Formosa jinsabu taħt il-gwida ta' Claudia Magrin minn The Voice Lab - Malta filwaqt li Mark Portelli jinsabu taħt il-gwida ta' Danica Muscat u Joseph Chircop minn Harmond Ensemble Music & Voice Acaddemy.

Il-kompetizzjoni kienet waħda ħarxa u Malta kienet waħda mill-ħdax-il pajjiż li rnexxielu jasal fil-finali! Il-kantanti Maltin kienu msejħa fost l-aqwa kantanti li kien hemm fil-kompetizzjoni u Bradley DeBono rnexxielu jakkwista t-tielet post! Barra minn hekk, ġie mistieden sabiex jikkompeti ġo festival ieħor kbir ġewwa l-Italja!

Id-delegazzjoni Maltija kellha ċ-ċans li titla' f'din il-kompetizzjoni grazzi għal Ally-El Entertainment immexxija minn Alison Gomez Blanco. Tajjeb li ngħidu li Stars Voices ukoll offra l-opportunità lil kantanti jirrekordjaw il-kanzunetta uffiċjali tal-film Sing, produzzjoni ta' Universal!

Il-kompetizzjoni dejjem tattira artisti ta' livell lejha, fil-passat Grigol Kipshidze li ħa sehem fil-Junior Eurovision Song Contest u spiċċa fit-tieni post għal Gorġja kien wieħed mill-parteċipanti. Eliana Gomez Blanco, l-istilla Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest ta' din is-sena ukoll kienet waħda mill-finalisti f'dan il-konkors fil-passat u kienet ħalliet impressjoni tajba ferm!

Aħna f'isem Gwida.mt nifirħu lit-tliet Maltin li xejru l-bandiera Maltija u qatgħu figura tajba! Prosit mill-ġdid!


Emil Calleja Bayliss