4 snin ilu, l-awtur u preżentatur lokali Joe Julian Farrugia tilef lill-għażiża ommu. Għalkemm jgħaddu s-snin, il-weġgħa tibqa' tinħass u kull min tilef lil xi ħadd speċjali f'ħajtu jista' jifhem l-uġigħ li jaqsam Joe Julian.
Erba' snin wara jaqsam dan il-ħsieb proprju fuq dak il-jum, "29 ta’ Novembru 2020… l-agħar jum ta’ ħajti. Kemm nixtieq ngħannqek miegħi... u kemm nixtieq narak terfa’ lil Hazel... u lil Julian."
Hu jkomplu billi jgħid, "4 snin mingħajrek kienu qishom seklu baħħ... inħobbok Ma... għal dejjem." F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja għażiża tagħha. Ninsabu ċerta li tinsab tħares fuq il-familja sabiħa tagħha, fuq uliedha, in-neputijiet u l-pro-neputijiet.
Facebook / Joe Julian Farrugia