Daryl Ebejer u martu Dorothy illum jiċċelebraw għeluq it-29 sena minn meta qalu iva lil xulxin. Daryl qasam numru ta' ritratti flimkien ma' martu biex jawgura lilha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum.
Daryl probabli mhux wiċċ ġdid għalikom, ħafna jafuh fix-xena tar-rock u mhux l-ewwel darba li rajnieh fil-kunċert annwali Rockestra li jsir b'risq il-Malta Community Chest Fund. Hu jaħdem Festivals Malta u huwa parti mill-organizzazzjoni ta' Mużika Mużika. Mill-banda l-oħra, Dorothy hija kostumista u ħadmet fuq diversi proġetti kbar inkluż numru ta' proġetti li saru ġewwa t-Teatru Manoel.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Daryl u lil Dorothy aktar snin ta' mħabba feliċi flimkien. Nittamaw li jkollhom ħafna aktar snin fejn ikomplu jgawdu lil xulxin u lill-għeżież tagħhom. Awguri mill-qalb!