Il-Membru Parlamentari Ray Abela fakkar il-memorja ta' missieru li ġie nieqes 25 sena ilu fl-età ta' 59 sena. Mewta bikrija li ċertament inħasset fil-familja tiegħu.

Hu jikteb, "25 sena missier. Daqshekk ilni ma nsejjaħlek Pa. 25 sena ilu, illum. Għalija qisu lbieraħ. Kemm tkellimna u lissintli pariri fl-aħħar jiem ta’ ħajtek. Illum memorji biss fadlilna... kemm nixtieq li nirrakkontalek dawk l-affarijiet li minn hemm fuq konvint li qed tħarisna b’tant sodisfazzjoni."

Fl-aħħar iżid, "Kemm ħallejtna kmieni Pa. Grazzi bla qies. Joe Abela, Mejju 1938 - Novembru 1997 - Eks Ħaddiem fit-Tarzna (Welder)." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' missieru.

Facebook / Ray Abela


Emil Calleja Bayliss