Theresa Ann Cachia kitbet messaġġ mill-isbaħ imqanqal u mill-qalb għall-għażiż ħuha Josef, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Ħuha ġaba ħafna ferħ fil-familjamal-wasla tiegħu, u Theresa tesprimi dwar is-sentimenti sbieħ li ħasset dakinhar.

"24 ta' Ġunju 1989... il-ħajja tagħna nqalbet... għax twelidt int. kemm kont ferħana li l-Mamà se ġġibli tarbija," tikteb Theresa. Tgħid lil ħuha li minkejja l-isfidi li qed jaffaċċjaw fil-ħajja, hi ser tkun dejjem hemm għalih.

"In-nies tad-dinja jgħallmuk u s-sitwazzjonijiet li tgħaddi minnhom ikabbruk... Int tifel qalbek tajba u ghandek ħafna min iħobbok... Ftakar li x-xemx titla' għal kulħadd u l-maltemp jgħaddi wkoll…" tkompli Theresa.

Theresa kienet tefgħet filmat flimkien ma' ħuha Josef, li qed jieħu l-kura u t-trattament li hemm bżonn minħabba l-kundizzjoni bl-isem ta' Nephrotic Syndrome. Dejjem urietu appoġġ u b'dan l-appell hi tixtieq li tkompli tagħti l-kuraġġ lilu u lil min għaddej minn din il-kundizzjoni.

Awguri minn qalbna Josef!

Facebook/ Theresa Ann Cachia


Kyle Zarb