Miriam Christine għadha kif nediet l-album tagħha Dil-Mara, iżda qabel ir-ritorn tagħha fix-xena lokali b'dan l-album msejjes b'kanzunetti bil-Malti Miriam Christine ħarġet verżjoni ġdida tal-kanzunett In A Woman's Heart.

Din il-kanzunetta ħarġitha fil-Pride ta' Malta, lura għal Settembru. Remix mill-aqwa tal-kanzunetta li rrapreżentat lil Malta biha lura fl-1996, remix minn taħt idejn Sean Vella li wieħed faċilment jista' jisma' hawn taħt.

Ir-remix ta' din il-kanzunetta ħarġet taħt il-marka Ġermaniża CAP-Sounds, fejn ħadu ħsieb li l-kanzunetta timxi wkoll fis-swieq barranin. Jidher li l-kanzunetta bil-lirika ta' Alfred C. Sant u kompożizzjoni ta' Mro Paul Abela daħlet fil-klassifiki internazzjonali.

S'issa il-kanzunetta daħlet fil-klassifiki tad-Dance Charts ġewwa l-Amerika ta' Fuq u l-Amerika t'Isfel, kif ukoll fl-Ewrope. L-għola pożizzjoni li kisbet s'issa din il-kanzunetta kienet dik ta' 35! Meta tikkunsidra li qed tikkompeti mal-ġganti tal-industrija dan hu suċċess kbir.

Aħna f'isem Gwida.mt nifirħu lil Miriam Christine u t-tim wara din il-kanzunetta għas-suċċess li qed tikseb. Nittamaw li tkompli tiela' aktar 'l fuq.

Facebook / Miriam Christine


Emil Calleja Bayliss