Ryan Spiteri jawgura lill-għażiż ibnu f'għeluq sninu. Jum speċjali mmens li fih kien sar missier. Ryan jaqsam ritratt ma' ibnu flimkien ma' messaġġ qasir f'dan il-jum.
Hu jikteb, "22 sena ilu kelli l-isbaħ rigal meta ġejt int fid-dinja u 22 sena wara jien u int bqajna viċin xulxin daqs l-aqwa żewġt iħbieb. Jien dejjem hawn għalik. Awguri Ibni u nħobbok ħafna."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mimlija b'ferħ, paċi u saħħa. Awguri!