Brian Farrugia, li ħafna jiftakaruh bħala l-Ispettur Leonard, li aktar tard spiċċa s-Supretendent Leonard, fakkarna li 22 sena ilu xxandar l-ewwel episodju ta' Simpatiċi.

L-eċitament ta' sensiela ġdida kien hemm, iżda żgur ħadd ma basar li Simpatiċi ħa jikber bil-mod li kiber. 22 sena wara li xxandar l-ewwel episodju, wieħed jista' jgħid li din id-drama għadha fil-qalb tal-Maltin u l-Għawdxin.

L-atturi fil-partijiet prinċipali baqgħu sinonimi mal-karattri vivaċi ta' din is-sensiela. Karratru li n-nies ħabbew għal snin twal. Int kont taraw Simpatiċi u tiftakru l-ewwel episodju?

Facebook / Brian Farrugia


Emil Calleja Bayliss