Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur Liam Vella u f'dan il-jum speċjali ma setax jonqos li ommu tħallillu messaġġ tassew ħelu sabiex tawguralu f'dan il-jum. Kif tistgħu taraw mill-messaġġ jidher li hi awguri doppja għal Liam.

Dan għaliex barra li qed jiċċelebra għeluq sninu, Liam qed jiċċelebra wkoll il-gradwazzjoni tiegħu. Sarah f'dan il-jum kitbitlu messaġġ tassew ħelu lil Liam, "21 sena nkun ommok nħossni l-iktar fortunata. Int l-iktar rigal prezzjuż tiegħi u l-aqwa ħaġa li qatt ġratli."

Sarah tkompli dan il-messaġġ billi tgħid, "M'għandekx idea kemm inħobbok. Awguri f'għeluq il-21 sena u prosit tal-gradwazzjoni tiegħek! Kburija!"

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt ngħaddu l-awguri doppja lil Liam u nawgurawlu dak kollu li tixtieq qalbu!

Facebook / Sarah Camilleri


Emil Calleja Bayliss