L-attriċi Jane Marshall kellha messaġġ speċjali x'tikteb fuq il-profil tagħha. Dan hekk kif in-neputi tagħha, li jgħix barra minn xtutna, qed jiċċelebra għeluq sninu. Jagħlaq 20 sena!
Xerrdet ritratt tiegħu għall-okkażjoni, u fil-kummenti qasmet anke xi ritratti meta kien iżgħar. Jane tikteb, "L-istilla tagħna, Silver. 20 sena llum. Tgħanniq mingħand in-Nanna Jane u n-Nannu Albert." Kienu bosta li awguraw lin-neputi ta' Jane u kkumplimentawh.
Nawguraw minn qalbna lin-neputi ta' Jane f'għeluq sninu!
Facebook/ Jane Marshall