Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 193 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,323 test.

Il-gżejjer irreġistraw 148 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela' għal 14,252 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,682. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 17,192 każ u wettqet 599,461 test.

Il-gżejjer irreġistraw ukoll tliet imwiet oħra. Il-post innotat ukoll li sal-bieraħ, 26 ta’ Jannar, ingħataw 22,371 doża tal-vaċċin lil diversi persuni b'1,694 minn dawn kienu t-tieni dożi.


Emil Calleja Bayliss