1881 hi produzzjoni li ħa tippreżentalna dehra differenti ta’ Malta tagħna. Xeni li jeħduna f’dar Maltija li qed tiġġarraf, b’irkejjen mudlama, f’sitwazzjoni fejn il-ħin huwa fluwidu.

Produzzjoni li ġiet ispirata minn teatru immersiv internazzjonali u minn intensità li joħolqu l-logħob tal-kompjuter. 1881, ikkummissjonata minn Teatru Malta, li ġiet mogħtija l-ħajja mill-imħuħ viżjonarji ta’ Prof. Gordon Calleja, tal-ko-awtur Rob Morgan, kif ukoll tal-ko-awtur u direttur tat-teatru Sean Buhagiar.

Ġrajja li tieħdok lejn univers fejn kull deċiżjoni tista’ tkun l-aħħar waħda tiegħek. Dinja ta’ inkontri ritwalistiċi u esperimentazzjoni senswali.

“Ilbes Il-Maskra, Ilgħab Il-Logħba”

 Hekk kif id-dinja tikrolla madwarek, issib ruħek tikkonfronta l-mistoqsija aħħarija: x'kont tagħmel kieku ssir taf li l-ħin tiegħek qed jintemm? Forsi ssib faraġ fil-fidi, temmen li t-tmiem hi sempliċiment transizzjoni għal xi ħaġa akbar.

Din l-esperjenza se tkun differenti minn dak li rat Malta, bis-sett tal-produzzjoni jibda minn Diċembru 2024 sa Marzu 2025. Produzzjoni ta’ Teatru Malta li l-iktar li ser tkun damet għaddejja.

1881 ser tiftaħ proprju lejlet L-Ewwel tas-Sena, bi spettaklu rari u intimu li qed jistieden biss 30 parteċipant kull wirja, li toffri vjaġġ esklussiv u laqgħa kważi sigrieta għal kull viżitatur.

Ser toffri atmosfera intima, u li saħansitra ser ikun hemm narrattiva versatili. Lesti? It-tmiem qed joqrob, iżda kull moviment kapaċi jbiddel kollox.


Gwida.mt