Illum kienet ġurnata ta’ suċċess oħra għall-walk-in clinics, li kien imisshom ipoġġu fiż-Żejtun.

B’kollox, illum biss kien hemm 1824 persuna oħra li marru jieħdu t-tilqima ta’ kontra l-Covid-19. Ħafna minn dawn in-nies jaf biddlu fehmthom dwar il-vaċċin u ddeċidew li jitlaqmu. Fil-fatt, waqt li l-Ministru Chris Fearne kien waqt kollegament maż-Żejtun, kien hemm mara li qaltlu li ommha kienet hemm biex tieħu l-vaċċin għax biddlet il-fehma tagħha dwar it-tilqima.


Henzley  Bezzina