Illum hi ġurnata speċjali oħra għall-familja tal-Onor. David Agius, hekk kif bintu ż-żgħira tagħlaq sninha. Fil-fatt Desiree Agius għalqet 17-il sena, ħames snin iżgħar minn oħtha l-kbira Davinia.
Għall-okkażjoni Agius xtaq iħalliha messaġġ fuq il-midja soċjali kif ukoll xi ritratti prezzjużi fosthom tal-familja kollha. "Awguri f'għeluq sninha lil binti Desiree. 17 illum. Ħu ħsieb għażiża binti. Inħobbok." Fost ir-ritratti nistgħu naraw wieħed minnhom jispikka b'Desiree flimkien ma' missierha David waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu.
Ħafna segwaċi ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom fil-kummenti wkoll. Awguri f'isem it-tim ta' Gwida.mt!