Fuq il-paġna tagħha Demaris, kitbet l-awgurju tagħha lill-għażiż binha Thias, li llum qed jiċċelebra għeluq is-17-il sena tiegħu. Bla dubju li din hi jum li ma tinsa qatt meta saret omm.

"17-il sena wara... inħobbok ibni, Illum hi ġurnata speċjali. Il-jum meta twelidt. Il-jum meta sirt omm," tikteb Demaris. Tikteb li mal-wasla tiegħu Thias bidlilha ħajjitha għall-aħjar.

"Kburin bik u qiegħdin hawn għalik fil-tajjeb u fil-ħażin. Jiġri x'jiġri int in-numru wieħed għalija." tkompli Demaris.  Awguri minn qalbna għażiż Thias!


Kyle Zarb