Qed taħseb fejn ser tmur differenti matul dawn iż-żminijiet ta’ festi? Eden Cinemas u  The Eden sabulek idea tal-ġenn! Programm mimli divertiment u memorji indimentikabbli mill-21 ta’ Diċembru 2024 sal-5 ta’ Jannar 2025.

Pjana ġurnata pjaċevoli mal-familjari u ħbieb f’Eden Cinemas u The Eden, fejn ser issibu attivitajiet għal kull età!

Hawn taħt għandek issib lista mill-isbaħ ta’ dak li se jkun hemm lest għalikom ġewwa The Eden u Eden Cinemas:

Gingerbread workshop – Ibbukkja HAWN

Ta' min insemmu li ġewwa The Eden nhar il-Ħadd li ġej ser jibdew bl-ewwel attività li żgur ser jieħdu pjaċir bihom it-tfal kollha! Ingħaqad mat-tim ta’ The Eden għal Gingerbread Man Decorating Workshop, nhar il-Ħadd 15 ta' Diċembru, fejn it-tfal igawdu minn 30 minuta ta’ kreattività u divertiment, waqt li joħolqu u jżejnu gingerbread man. 

Il-ħinijiet huma bejn l-10:00 ta’ filgħodu u s-14:30 ta’ wara nofsinhar. Il-prezz għal kull tifel/tifla huwa ta’ €10.  Kull tifel u tifla li ser jipparteċipaw ser ikunu qed jibbenefikaw minn duckpin game b'xejn, u l-adulti li jkunu jakkumpanjawhom, ser jingħataw tazza mulled wine b'xejn.

Apparti minn hekk matul dawn il-ġranet tal-Milied, it-tfal jistgħu jesperjenzaw attivitajiet spettakolari ġewwa The Eden fosthom:

  • SuperBowl (Bowling)
  • XP Arcade (Arcade)
  • X-Cube (Digital Escape Rooms)
  • Bay Karaoke (Karaoke)
  • Delta Strike (Laser Tag)
  • Dart Club (AR Darts)

Hangry's u Amber Terrace Bar

Dwar ikel u xorb, tħabbel rasek xejn! Hemm Hangry’s restorant, kif ukoll terrace bar ġdid bl-isem ta’ Amber Terrace Bar. Dawn se jkollhom offerti speċjali u deals oħra matul ix-xahar kollu. Issibilhom anke l-famuż mulled wine!

The Eden x Eden Cinemas

Eden Cinemas

Matul Diċembru, Eden Cinemas ser ikunu qed juru l-aqwa blockbuster movies fosthom:- Wicked, Disney Moana 2, Red One, The Lord of the Rings: The War of the Rohirrim, Kraven The Hunter, Disney Mufasa: The Lion King, kif ukollSonic the Hedgehog 3

Għandhom bosta combo deals li tista’ tibbenefika minnhom mill-bar taċ-ċinema. Ser ikun hemm skonti fuq il-parking ġewwa The Eden Car Park

Eden Cinemas bi pjaċir ser ikunu qed joffru Family deal offers ta’ €23 biss għal familja ta’ erba’, bi prezz ta’ €5.75 kull persuna. L-offerta tgħodd jekk ikun hemm żewġ adulti u żewġt itfal, jew adult wieħed u tlett itfal.

Eden Animation

Special Animation Programme

Tajjeb tkunu tafu li ser ikun hemm Special Animation Porgamme.

It-tfal ser ikollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ Santa Klaws. Miegħu ser ikun hemm mascots ta’ Reindeer, Snowman, u l-karattru famuż, Grinch.

Ser ikun hemm anke l-Elf li ħa jieħu ħsieb il-balloon modelling.

Attivitajiet għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida

Hekk kif wasalna biex nagħlqu sena u nagħtu bidu għal oħra, The Eden ħa ħsieb li jkollu bosta attivitajiet adattati għat-tfal, għall-adoloxxenti kif ukoll anke għall-adulti!

Dan kollu ħa jkun qed iseħħ fil-31 ta’ Diċembru 2024, u t-tim ta’ The Eden ser ikun qed jaqsam aktar informazzjoni u dettalji dwar dan il-jum divertenti. Ibqa’ segwi fuq il-paġni uffiċjali.

 Mela tinsewx! The Eden u Eden Cinemas għandhom ikunu parti mill-pjanijiet tagħkom bejn il-21 ta' Diċembru u l-5 ta' Jannar! Mhux ta' min jitlifhom dawn!

Eden Animation 2


Gwida.mt