Il-paġna Primary HealthCare Malta għadha kemm ippubblikat avviż indirizzat lill-irġiel li għandhom 65 sena jew aktar, rigward l-Abdominal Aortic Aneurysms (AAA), u kif wieħed jista' jevita li jkompli jikber jew jiggrava.

Fil-fatt qed jiġi offrut test li jieħu l-forma ta' ultrasound, fejn wieħed jiċċekkja jekk għandux bidu jew il-preżenza ta' AAA. Permezz ta' dan l-ultrasound inti tara li m'hemmx xi nefħa fl-arterja prinċipali li kapaċi tkun perikoluża.

L-avviż jinforma li dan hu l-aktar riskjuż għal irġiel minn 65 sena u aktar. It-test idum madwar 15-il minuta, u huwa servizz b'xejn. Biex tibbukkja tista' ċċempel fuq 2122 7470 jew 2122 7471. Apparti minn hekk tista' tibgħat email fuq [email protected]   

Facebook/ Marengo CIMS Hospital


Kyle Zarb