Il-kompożitur u kantant lokali Mark Spiteri lucas illum qed jiċċelebra l-anniversarju tiegħu ma' martu Sharon. F'dan il-jum speċjali Mark kiteb erba' kelmiet sabiex jawgura lil martu, "Illum hija ġurnata speċjali għalija u għal marti Sharon Spiteri Lucas. Qed niċċelebraw l-14-il anniversarju taż-żwieġ tagħna."
Hu jkompli, "Ħsieb żgħir biss minni għalik Sharon. Grazzi talli kont hemm fit-tajjeb u l-ħażin. Ħafna imħabba. 14-il sena ta’ mħabba bla kundizzjonijiet. 14-il sena ta' aħna." Il-koppja għandhom flimkien liċ-ċkejkna Greta, li żgur li għandha tħossha xxurtjatha hekk kif riċentament Mark ħareġ il-kanzunetta Lil Binti, b'dedikazzjoni għaliha. Kanzunetta li biha ħa sehem f'Mużika Mużika.
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Mark u lil Sharon l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollhom dak kollu li tixtieq qalbhom!
Facebook / Sharon Spiteri Lucas