Sitwazzjoni frustranti għal kulħadd! Il-qtugħ tad-dawl jaffettwa lil diversi persuni, iżda meta s-sħana tkun qed tagħmel tagħha, in-nuqqas tiegħu jikkawża aktar u aktar problemi. L-istilista Gaetano, tul il-lejl u kmieni dalgħodu żamm aġġornament ta' dak li kien qed jiġri.

Sagħtejn ilu tella', "13-il siegħa bla dawl. U jgħidulek hemm cable bil-ħsara. Fi 13-il siegħa tmur Londra u terġa' tiġi." Ftit qabel hu kien għadu kif tella, "8:30 u għadna bla dawl!!!! Enemalta PLC għarukaża fuq 12-il siegħa bla dawl."

Hu kiteb, "5:47 minn 8:00 ilbieraħ. Enemalta PLC Okella Agius, Qormi Road, Ħamrun 10 sigħat u għadna bla dawl!! Istħu!" Ftit kmieni Gaetano xeħet online, "Inkredibbli kif fis-sena 2021 tagħmel mit-8:00 sa issa 4:47 għadna bla dawl! Inċemplulhom, iva dalwaqt jew ħa nġibu generator. 9 sigħat wara għadna l-istess possibbli Enemalta PLC għad għandhom makkinarju tal-80s?"

Naħseb is-sitwazzjoni ta' Gaetano setgħu jifhmuha ħafna nies li sfortunatament f'dan il-lejl sħun kienu wkoll bla dawl. Nittamaw li l-problema li hemm tissolva mill-aktar fis possibbli sabiex ma jerġax ikun hemm problemi bħal dawn.

JJ Chircop - Facebook / Gaetano Gaetano 


Emil Calleja Bayliss