Illum huwa jum memorabbli għal Celaine Buhagiar Bugeja u żewġha Pierre J Bugeja, hekk kif qed jiċċelebraw l-anniversarju. Celaine kitbet messaġġ mill-isbaħ iddedikat għal żewġha biex tfakkar dan il-jum prezzjuż kif ukoll turih kemm hi gratha lejh.

Celaine tinsab grata li minkejja kollox matul dawn is-snin kollha baqgħu dejjem sodi u l-imħabba tagħhom lejn xulxin dejjem baqgħet. "13-il sena minn dak inhar li ghedna iva... Ghal aktar memorji, dahk u argumenti filwaqt li nkomplu nduru l globu. Grazzi ta’ dak kollu li int u li thobbni kif Jien!"

Xerrdet anke ritratti memorabbli tagħhom flimkien għall-okkażjoni. It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Celaine u lil żewġha Pierre.


Kyle Zarb