Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Adrian Saliba qasam mas-segwaċi tiegħu filmat minn YouTube bil-kanzunetta Melodija Ta’ Ħajti. Konna proprju smajniha għall-ewwel darba 13-il sena ilu fis-serje D.R.E.A.M.S. li għadha sal-lum għall-qalb bosta segwaċi għadhom jiftakruh. D.R.E.A.M.S kien jitrattwa dwar il-ħajjiet ta’ bosta żgħażagħ fejn fih segwejna realtajiet kontemporanji. Fosthom segwejna każijiet serji ta’ Bullying, relazzjonijiet romantiċi u ħbiberiji.
Il-kanzunetta Melodija ta’ Ħajti kienet waħda li għamlet suċċess kbir, kantata minn Annalise Sciberras li kienet tinterpreta l-parti ta’ Antoinette. Lirika ta’ Evelyn Saliba La Rosa / Michael Vella Haber u mużika ta’ Ray Agius.
Tistgħu iġġeddu l-memorja hawn: