Illum niċċelebraw it-twelid ta' wieħed mill-ġganti fil-qasam tal-ispettaklu fid-dinja, il-leġġendarju Walt Disney, li twieled fil-5 ta' Diċembru tal-1901. Disney huwa magħruf bħala l-fundatur tal-imperu ta' Disney, u barra minn hekk magħruf ukoll għall-kontribuzzjonijiet enormi tiegħu fil-qasam tal-films animati, parks tematiċi, u ħafna aktar. L-ewwel karattru li hu ħoloq kien Mickey Mouse, li sar ikona internazzjonali u simbolu tal-kumpanija Disney.
Disney mhux biss kien magħruf għal-ħidma tiegħu fil-produzzjoni tal-films, imma wkoll għall-innovazzjoni tiegħu. L-introduzzjoni tal-ewwel film animat bil-kulur kien proprju Snow White and the Seven Dwarfs, li kiseb suċċess kbir. Il-viżjoni u l-kreattività ta' Walt Disney għenu biex jinbnew ħafna esperjenzi tal-ħajja u divertiment għall-familji madwar id-dinja.
Infatti nistqarr ngħid li t-tfulija ta' ħafna kienet tkun differenti minn dik li nafuha llum. Il-livell ta' impatt li Disney kellu fuq l-industrija tal-films u l-kultura popolari huwa inkredibbli, u nistgħu ngħidu li għadu jispira diversi nies. Il-kumpanija tiegħu għadha għaddejja b'saħħitha minkejja li ħalla din id-dinja fl-1966.
Facebook / Walt Disney