Huma bosta li qed jagħmlu l-istess mistoqsija. X'inhu jiġri? Postijiet madwar Malta għadhom bla dawl mill-bieraħ filgħaxija. Qarrejja ta' Gwida.mt, għamlet kuntatt magħna biex tgħidilna li ilha aktar minn 12-il siegħa bla dawl.
Fuq il-midja soċjali, wieħed seta' jinnota diversi statuses ta' nies li kienu wkoll qed isoffru minn qtugħ tad-dawl matul is-sigħat li għaddew. Is-sinjura li għamlet kuntatt magħna qaltilna li din hi sitwazzjoni inaċċettabbli li fis-sena 2021, fl-ewwel tas-sħana, jitlaq id-dawl u meta wieħed jagħmel kuntatt mal-Enemalta biex jara x'ħin ġej ma jagħtukx risposta.
Il-fatt li pajjiżna għaddej minn mewġa ta' sħana żgur li mhux qed jgħin dan il-fatt! Dan ifisser li aktar u aktar nies qed jużaw l-elettriku u b'hekk x'aktar qed jitfa' piż żejjed fuq il-konsum lokali.
Ħafna qed jilmentaw li hi impossibbli li wieħed jistrieħ f'din is-sħana meta anqas tista' torqod bl-AC mixgħul jew tal-inqas biċċa fan sabiex jiċċerkola ftit l-arja. Int esperjenzajt qtugħ tad-dawl matul il-lejl li għadda?