Il-preżentatriċi bravissima tal-programm Liqourish Andrea Cassar, xtaqet tikteb messaġġ bl-awgurju tagħha għal persuna speċjali f'ħajjitha. Dik il-persuna li 11-il sena ilu għamlitha omm!

Binha fil-fatt jagħlaq sninu llum u xtaqet tgħidlu kemm ifisser għaliha u kemm l-imħabba u l-ferħ huma dejjiema,"11-il sena ta' ferħ u mħabba pura". Hekk ifissru għaliha dawn is-snin kollha. Tagħlaq il-messaġġ billi tirringrazzjah ta' kemm hu iben tal-ġenn! Taqsam anke ritratt mill-isbaħ miegħu.

Awguri mill-qalb f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt! 


Kyle Zarb