Fuq il-mezzi soċjali, l-attriċi lokali Rebecca Dimech, li għadha kif iżżewġet ftit tal-ġimgħat ilu tfakkar il-memorja ta' ommha li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem 11-il sena ilu.
Hi tawguralha f'għeluq sninha, tinsab fejn tinsab. Hi tgħid li għaddew 11-il sena u minkejja li hemm min jgħid li ż-żmien itaffi, fil-verità titgħallem tgħix b'dak in-nuqqas u żżom f'qalbek il-memorji li tkun qsamt. Hi tgħid li kulħadd irrid jgħaddi minn dan iżda tawgura lil kulħadd li dan il-jum jinsab 'il bogħod.
F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tagħha. Ninsabu ċerta li tinsab tħares fuq il-familja tagħha minn fejn tinsab.