Hemm raġuni għaliex programm bħal Xarabank jismu hekk – għax ħlief kontroversji ma ssibx u diskorsati ma taqlax! Kulħadd xi darba jew oħra kellu jgħaddi minn taħt il-kefrija tat-trasport Malti, u dawn huma 10 tipi ta’ nies li dejjem b’xi mod jew ieħor jitfaċċaw quddiemek matul il-vjaġġ.
1) Ix-xufier fil-mezzetà jħambaq “muwv bakk” biex in-nies, ħeqq, jersqulu lura
Ta’ min jibda bl-aktar komuni hux!
2) Ir-raġel li inzerta l-akbar ħabib tax-xufier u jqatta’ l-vjaġġ sħiħ ikellmu quddiem
Dan ovvjament ma jkollux bżonn jimmuwvja bakk!
3) Il-grupp ta’ żgħar bl-ispeaker tal-JBL li b’xi mod dejjem ikunu qed idoqqu l-istess diska ta’ Wiz Khalifa
Forsi miftehmin ma’ xulxin?
4) Il-#perfs li jriegħdu karozza tal-linja bil-briju ta’ sempliċi konverżazzjoni
Rajtha l-logħba bro?
5) Iż-żewġ nisa lesti mill-qadi jgħaddu kelma bejn tnejn, f’daqqa waħda issir kelma bejn sebgħa
Għax dik qaltli li l-oħra qaltilha li dik li ma tmurx il-quddies qalet...
6) Il-ġlieda bl-għajnejn għall-istess spazju riżervat bejn żewġ ommijiet bil-pushchairs
Min minna se jkollu jinżel?
7) Dak l-imbierek li jiddeċiedi jirkeb b’xi oġġett daqsiex fi ħdanu
Siġġu? Inkwatru? Magna tal-ħasil?
8) Il-bravu li m’għandux idea x’jaħbat shower u li jnitten xarabank bir-riħa tal-għaraq
Issa ngħiduha kif inhi: kollna kemm aħna din il-persuna f’din is-sħana sajfija!
9) Il-mara tissielet biex taqbad il-handlebars, għaddejja dwar kemm konna aħjar qabel u kif kollox sar żmerċ...
Ommi maaaa kif sirna!
10) ...U fl-aħħar: it-turist tipiku konfuż b’din ix-xena li qed tiżvolġi madwaru
Kulma ried jasal sal-Għadira, miskin.
BONUS: Il-“mara ħażina” ta’ xi 10 snin ilu
Skont xi leġġendi għadha tiġi mgħajra kull darba li tirkeb ix-xarabank!
Flickr / Neil Pulling