Illum hi ġurnata speċjali għall-awtur Joe Julian Farrugia u martu, hekk kif kien bħal-lum meta qalu iva lil xulxin u bdew vjaġġ sabiħ ta' mħabba. Joe kiteb messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni kif ukoll xerred ritratt li fih memorji indimentikabbli.
"10 ta' Diċembru 1987... ġurnata li kien fiha bnazzi u maltemp kif kienu dawn is-37 sena; qatt neqsin mit-tlajja' u nżul. Kieku ma kienx dakinhar, kieku ma ġewx Clara, Valentina, Hazel u Julian li dejjem jibqgħu ir-raġuni ta' ħajjitna...", jikteb Joe Julian.
Awguri minn qalbna!