Għaddew għaxar snin. Għaxar snin minn meta Annabelle għaddiet għall-ħajja ta' dejjem. Annabelle kienet serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin meta fl-2010, Xarabank iddedikaw programm speċjali għaliha.

Hi kienet qed tiġġieled marda terminali, marda terminali li bdiet tiġġieldilha fl-2006 fl-età ta' 35 sena. Hi ħalliet din id-dinja fl-24 ta' Jannar tal-2011. Il-pożittività u t-tbissima mill-isbaħ ta' Annabelle kienu ż-żewġ raġunijiet għala l-Maltin ħabbewha daqshekk.

Ritratt: Facebook / Annabelle Vassallo

Annabelle kitbet ukoll ktieb bl-isem ta' Irrid Ngħix wara li deher il-programm tagħha u kienet b'kollox inbiegħu 'l fuq minn 18,00 kopja fejn il-qliegħ kollu ta' dan il-ktieb mar għal Puttinu Cares.

Hi tant kienet maħbuba minn tant u tant nies li fl-2015 twaħħlet il-plakka tat-triq b’isem Annabelle, bejn Triq Lapsi u Triq l-Imqabba, fis-Siġġiewi. Annabelle, grazzi għall-pożittività tagħha kienet saret persuna pubblika. Il-funeral tagħha kien ġibed mijiet ta' nies lejn il-knisja tas-Siġġiewi ddedikata lil San Nikola, il-funeral tagħha kien spiċċa trasmess fuq it-televiżjoni.

Fl-2012 il-festival lokali l-Għanja tal-Poplu kellu wkoll kanzunetta spirata mill-ġrajja ta' mara li qed tiġġieled il-kanċer. Kanzunetta li wkoll kellha l-isem Irrid Ngħix, kanzunetta mill-isbaħ fuq kliem ta' Deo Grech, mużika ta' Heathecliff Balzan u kantanta minn Janice Mangion.

Facebook / Annabelle Vassallo


Emil Calleja Bayliss