Bil-Filmat: Il-Quċċija Ta’ Valentina Rossi

Qatt kont timmaġina lil Valentina Rossi tagħmel il-quċċija? Issa għandek iċ-ċans f’dan il-filmat t’hawn taħt. Il-quċċija ġeneralment issir meta t-tarbija tagħlaq sena u l-ġenituri jistiednu familjari u ħbieb sabiex jaraw liem oġġett it-tarbija ħa tagħżel.





Ritratt: Instagram / Valentina Rossi

Valentina, żgur li qabżet l-età tal-quċċija imma t-tim iddeċieda li joħloq naqa ta’ festin u b’din l-iskuża, jgħaddi siegħa gost u jnaqqar xi ħaġa. L-ikel f’okkażżjoni bħal din ma jonqosx hux. Valentina spiċċat b’għajnejha mgħottija biex ma tkunx tista tara l-affarijiet li qed tagħżel.



Ngħiduha kif inhi, kemxejn differenti mill-quċċija tradizzjonali fejn ikun hemm affarijiet għal kok, bankier, awtur jew ġurnalist, artist, soru jew patri, arkitett, tabib jew inkella persuna li taħdem fil-finanzi u l-informatika. Ma setgħux jonqsu affarijiet li huma sinonimi ma’ Rossi.

Ritratt: Instagram / Valentina Rossi

Affarijiet bħal premju tal-Malta Fashion Awards u l-headphones. Probabbli biex ma tiddiżapuntax lil kollegi tagħha spiċċat għażlet il-headphones, ngħidu kif inhi setgħet tinduna faċilment x’inhuma l-affarijiet billi tħosshom.

Ritratt: Instagram / Valentina Rossi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI